L-aġenti (jew l-istaff) kuntrattwali jwettqu numru ta’ kompiti manwali jew amministrattivi u jistgħu jipprovdu kapaċità addizzjonali f’oqsma speċjalizzati meta jkun hemm għadd insuffiċjenti ta’ uffiċjali permanenti.
Ġeneralment jiġu reklutati għal kuntratti b’terminu fiss (massimu ta’ 6 snin fi kwalunkwe Istituzzjoni tal-UE), iżda f’xi każijiet jistgħu jiġu offruti kuntratti għal żmien indefinit (f’Uffiċċji, Aġenziji, Delegazzjonijiet jew Rappreżentanzi).
Ara wkoll: FAQs relatati mal-aġenti kuntrattwali u Proċedura ta’ selezzjoni tal-CAST permanenti.
Glossary of terms commonly used in EPSO selection procedures.
Aġent kuntrattwali/staff kuntrattwali
Amministratur (AD)
L-Uffiċjali permanenti Ewropej huma kklassifikati fi tliet gruppi: Amministraturi (AD), Assistenti (AST) u Segretarji/Skrivani (ASC-SC).
Biex issir Amministratur (AD), teħtieġ diploma ta’ kulleġġ jew universitarja u t-tlestija b’suċċess ta’ kompetizzjoni tal-EPSO b’kuntratt indefinit.
Il-karriera professjonali tiegħek tinqasam fi gradi, minn AD 5 sa AD 16, u l-Amministraturi jaħdmu f’diversi setturi bħall-ġustizzja, il-liġi, il-finanzi, il-kummerċ, l-ambjent, ir-riżorsi umani, il-komunikazzjoni, it-traduzzjoni, eċċ. Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-iżvilupp tal-politika, it-twettiq ta’ analiżijiet u ta’ kompiti regolatorji, il-parteċipazzjoni f’negozjati internazzjonali, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u r-reviżjoni ta’ testijiet legali tal-UE.
Is-selezzjoni u r-reklutaġġ fi gradi AD ogħla jeħtieġu l-esperjenza u l-ħiliet maniġerjali xierqa.
Ara wkoll FAQs relatati mal-uffiċjali permanenti.
CAST (Għodda għas-selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali)
Il-CAST, jew l-għodda għas-selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali, hija proċess ta’ reklutaġġ miftuħ mingħajr skadenzi għall-applikazzjoni. L-għan tagħha hu li tirrekluta Aġenti kuntrattwali/staff kuntrattwali.
Ara wkoll: FAQs relatati mal-aġenti kuntrattwali.
Essay b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE)
It-test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE huwa essay li għandu l-għan li jevalwa l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-kandidati.
Ara wkoll: Test bil-miktub.
Proċedura ta’ selezzjoni
Proċedura ta’ selezzjoni hija proċess strutturat għar-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal għall-istituzzjonijiet Ewropej.
Tinvolvi sensiela ta’ stadji tas-selezzjoni biex jiġu evalwati l-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tal-kandidati skont ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ profil partikolari. Hija tiżgura reklutaġġ ibbażat fuq il-mertu u opportunitajiet indaqs għall-applikanti kollha.
Il-proċedura ta’ selezzjoni tinkludi: kompetizzjonijiet għal Uffiċjali permanenti jew proċeduri oħra bħall-CAST.
Test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT)
It-test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT) għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub u l-għarfien fil-qasam rilevanti tal-kompetizzjoni.
Ara l-FAQs relatati.
Test tar-raġunament astratt
It-test tar-raġunament astratt jinvolvi evalwazzjoni konjittiva tal-kapaċità ta’ persuna li tidentifika xejriet, relazzjonijiet loġiċi u regoli li jkunu f’informazzjoni viżiva mhux verbali, tipikament ippreżentata f’serje ta’ forom, simboli jew immaġnijiet.
Jintuża biex ikejjel il-kapaċità li wieħed jaħseb b’mod astratt u kunċettwali, li hi xi ħaġa essenzjali għas-soluzzjoni tal-problemi, għall-ħsieb kritiku, u għat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Dan it-test huwa parti mit-tliet testijiet ta’ raġunament (verbali, numeriku u astratt - VNAR) fil-fażi ta’ preselezzjoni.
Test tar-raġunament numeriku
It-test tar-raġunament numeriku jevalwa l-ħsieb loġiku u l-kapaċità tal-kandidati li jifhmu d-data numerika. L-applikanti jridu jsolvu l-mistoqsijiet abbażi tal-informazzjoni statistika pprovduta fit-tabelli.
Dan it-test huwa parti mit-tliet testijiet ta’ raġunament (verbali, numeriku u astratt - VNAR) fil-fażi ta’ preselezzjoni.
Ara wkoll l-FAQs relatati
Test tar-raġunament verbali
It-test tar-raġunament verbali jikkonsisti f’diversi testi qosra, ġeneralment ta’ paragrafu wieħed jew ta’ żewġ paragrafi, akkumpanjati minn mistoqsija b’4 jew 5 għażliet ta’ tweġibiet. Il-kandidati jridu jagħżlu t-tweġiba li tirrifletti l-aħjar l-informazzjoni mogħtija fit-test. Dan it-test huwa parti mit-tliet testijiet ta’ raġunament (verbali, numeriku u astratt - VNAR) fil-fażi ta’ preselezzjoni.
Ara wkoll l-FAQs relatati.