
Kif toħloq kont tal-EU LOGIN

- Iftaħ il-link https://webgate.ec.europa.eu/cas fil-browser tal-Internet tiegħek.
- Iċċekkja jekk għandekx diġà kont tal-EU Login assoċjat mal-indirizz tal-email tiegħek billi tittajpja l-indirizz u tikklikkja “Li jmiss”. F’dak il-każ, u jekk ma tiftakarx il-password tiegħek, ikklikkja “Tlift il-password tiegħek?”.
Jekk għad m’għandekx kont estern tal-EU Login, ikklikkja “Oħloq kont”.
Imla l-ewwel erba’ oqsma, daħħal il-karattri murija fl-istampa fil-qasam Daħħal il-kodiċi, immarka l-kaxxa “stqarrija ta’ privatezza” u mbagħad ikklikkja “Oħloq kont”.
IMPORTANTI: Id-data personali fil-kont tal-EU Login tiegħek (kunjomok, ismek u d-data tat-twelid tiegħek) trid tkun identika għad-data personali fid-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek bir-ritratt tiegħek (karta tal-identità jew passaport). Jekk għandek aktar minn kunjom wieħed jew isem wieħed fuq id-dokument tal-identità tiegħek, trid telenkahom kollha.
L-ittri fl-immaġni tal-captcha jistgħu jinkitbu b’ittri kbar jew żgħar fil-kaxxa ta’ fuq it-tpinġija. F’każ ta’ diffikultà biex taqra l-karattri distorti, tista’ titlob sekwenza ġdida billi tikklikkja
jew tisma’ l-verżjoni audio billi tikklikkja
. Nota: il-captcha jista’ ma jkunx meħtieġ skont il-livell ta’ sigurtà tal-browser tal-internet/tal-konfigurazzjoni tal-PC tiegħek.
Wara r-reġistrazzjoni tat-talba, jintwera l-messaġġ li ġej:
Wara ftit minuti, jintbagħat messaġġ mis-Servizz ta’ Awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz tal-email tiegħek. Jekk il-messaġġ ma jasalx, iċċekkja l-ispam jew il-junk-folder tiegħek.
Iftaħ l-email u kklikkja l-link biex toħloq il-password tiegħek.
Għandek biss 24 siegħa biex tlesti din l-operazzjoni. Jekk jgħaddi dan il-ħin, il-link tiskadi u trid tagħżel l-opzjoni “Tlift il-password tiegħek” (ara l-punt 2) biex tirċievi link ġdida għar-risettjar tal-password.
Imla l-qasam “Password ġdida” bil-password li tixtieq tuża u billi ssegwi l-istruzzjonijiet. Erġa’ ttajpja l-password tiegħek f’“Ikkonferma l-password il-ġdida” u kklikkja Issottometti.
Is-sistema tinfurmak li l-password hija aċċettata.
Ikklikkja “Ipproċedi” biex tilloggja fil-Kont tal-EU Login tiegħek.
9. Niżżel l-App Mobbli tal-EU Login fuq il-mobile tiegħek. Se jkollok bżonnha aktar tard biex tikkonforma ma’ awtentikazzjoni b’diversi fatturi.

Ladarba tinstalla l-app mobbli tal-EU Login, żur din il-link: https://webgate.ec.europa.eu/cas/userdata/myAccount.cgi biex tirreġistra l-apparat tiegħek bil-kont tal-EU Login tiegħek.

Tista’ ssib informazzjoni addizzjonali u Mistoqsijiet Frekwenti dwar l-EU Login f’Għajnuna bl-EU Login
F’każ ta’ problemi bil-ħolqien tal-kont tal-EU Login tiegħek jew l-aċċess għalih, ikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt.