It-Traineeships fl-UE
Traineeships fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji tal-UE
Traineeship mal-Istituzzjonijiet Ewropej hija rikonoxxuta bħala opportunità għall-gradwati. Dan il-programm joffri għarfien ċar dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u jiġbed kandidati minn madwar l-Unjoni. Għal dawk interessati fil-governanza Ewropea u r-relazzjonijiet internazzjonali, li huma ħerqana li jiksbu esperjenza prattika fl-iżvilupp ta’ politiki li jinfluwenzaw lil miljuni ta’ nies, nirrakkomandaw li japplikaw għal traineeship organizzata darbtejn fis-sena u li normalment iddum 5 xhur. It-traineeships tal-UE jitħallsu, b’remunerazzjoni li tvarja skont l-organizzazzjoni li tospitahom (madwar EUR 1300 fix-xahar).
Karatteristiċi ewlenin
Hija mfassla għall-gradwati li jixtiequ jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Il-parteċipanti jitqiegħdu f’diversi istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-UE, u hemm jikkontribwixxu fi proġetti li jaqblu mal-għarfien espert tagħhom. Dan il-programm joffri għarfien siewi fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politiki tal-UE, opportunitajiet ta’ networking mal-professjonisti, esperjenza f’ambjent dinamiku u multikulturali u l-iżvilupp ta’ ħiliet siewja fil-karriera.
Se tinvolvi ruħek f’diversi oqsma ta’ politika, mill-amministrazzjoni pubblika saċ-ċibersigurtà, l-isforzi ta’ trasformazzjoni diġitali għal kwistjonijiet tas-saħħa, mil-liġi u l-ispazju sal-inizjattivi tal-politika ekonomika u tat-tibdil fil-klima. Fost l-oqsma l-oħra hemm it-traduzzjoni, il-komunikazzjoni, ir-riżorsi umani u d-diplomazija.
Din hija l-opportunità biex ittejjeb il-ħiliet professjonali tiegħek, tikkollabora ma’ timijiet multikulturali, tagħti kontributi sinifikanti fi proġetti importanti u għat-tkabbir personali tiegħek.
Esplora l-opportunitajiet ta’ traineeships disponibbli billi tagħżel bejn diversi istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE. Ikun jaqbillek tapplika fil-ħin u ma tistenniex sal-aħħar minuta.
Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni disponibbli f’din il-paġna mhijiex eżawrjenti. Kull istituzzjoni, korp u aġenzija tal-UE huma responsabbli għall-immaniġġjar tal-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ tat-traineeships tagħhom stess.
Start typing to search or select from the list.