Huwa importanti ħafna li timla din il-formola ta’ kuntatt online b’attenzjoni. Qabel tibgħat ilment, jekk jogħġbok kun ċert li tagħżel ir-referenza t-tajba u l-qasam tal-proċedura ta’ selezzjoni/kompetizzjoni tiegħek it-tajjeb u tindika n-numru tal-applikazzjoni tiegħek hekk kif jidher fil-Profil tal-EPSO tiegħek.
L-ilmenti li jitressqu b’mod żbaljat, jew li ma jkunux kompluti, jistgħu ma jiġux trattati sal-iskadenza meħtieġa minkejja l-aħjar sforzi tal-EPSO. Dan jista’, pereżempju, iċaħħadek minn opportunità ta’ ttestjar, jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ rimedju li tista’ tkun intitolat għaliha.