Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Salarju

Picture showing coins and small figurines

Kemm jekk tapplika għal pożizzjoni permanenti kif ukoll għal kuntratt temporanju, l-istituzzjonijiet tal-UE joffru salarju kompetittiv proporzjonat mal-ħiliet, l-esperjenza, ir-responsabbiltajiet u l-motivazzjoni tiegħek.

Il-pagi jvarjaw skont il-grad u l-funzjoni; fil-każ tal-uffiċjali, is-salarju tal-bidu jvarja minn EUR 3,000 (AST) għal EUR 5,000 (AD) skont il-grad tad-dħul, filwaqt li s-salarju tad-dħul għall-gruppi ta’ funzjoni diversi tal-aġenti kuntrattwali hu bejn EUR 2,500 (FG I) u EUR 4,000 (FG IV). Is-salarji jiżdiedu abbażi tal-mertu u l-anzjanità hekk kif timxi ’l quddiem fil-karriera tiegħek.

Tista’ tikseb aktar dettalji minn din it-tabella tas-salarji (aġġornata fil-11.4.2025).

Skont is-sitwazzjoni personali tiegħek, tista’ wkoll tkun intitolat għal extras bħal allowance għat-tfal dipendenti, allowance tal-espatrijazzjoni, rimborż tat-trasport jew allowance ta’ residenza barranija.

Għal aktar informazzjoni ikkonsulta r-regolamenti tal-persunal tal-UE.