Għaliex l-EPSO juża testijiet ta’ raġunament b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter?
L-objettiv ewlieni tat-testijiet ta’ raġunament tal-EPSO hu li jitkejlu l-kapaċitajiet ta’ raġunament ewlenin għall-uffiċjali futuri kollha tal-UE, u mhux li jitnaqqsu n-numri tal-kandidati. Dawn it-testijiet, li huma bbażati fuq studji xjentifiċi stabbiliti sew, għandhom l-aktar valur ta’ previżjoni għoli għall-prestazzjoni futura fl-impjieg (meta mqabbla ma’ testijiet ibbażati purament fuq l-għarfien). Minkejja l-fatt li l-kandidati fl-istess kompetizzjoni ma jirċevux l-istess mistoqsijiet, il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet individwali mogħtija lil kull kandidat hu identiku, u dan jiżgura trattament indaqs. Il-validità u l-affidabilità tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla ġiet ikkonfermata mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, u l-Qorti kkonfermat ukoll li dawn it-testijiet huma konformi mal-prinċipju tat-trattament ġust u indaqs. Fl-istess ħin, it-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter jippermettu lill-EPSO jittestja n-numri kbar ta’ kandidati fi żmien qasir ħafna b’mod effiċjenti u faċli għall-utent.