Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Jiena tqila jew qed inredda’ tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet ta’ selezzjoni. Lil min għandi nikkuntattja?

Question categories:

Jekk inti tkun tqila waqt il-perjodu tar-reġistrazzjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni, tista’ tissottometti l-mistoqsijiet, id-diffikultajiet jew it-talbiet tiegħek għal aġġustamenti fil-formola online li se tintalab timla wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek. Fl-applikazzjoni se ssib ħolqa għall-formola online. Tinsiex iżżid iċ-ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew id-data tal-ħlas f’każ li diġà wellidt.

Jekk tiskopri li inti tqila aktar tard jew twelled matul il-perjodu tal-proċedura ta’ selezzjoni, ikkuntattja lit-tim iddedikat fl-EPSO malajr kemm jista’ jkun permezz tal-indirizz tal-email epso-accessibility@ec.europa.eu, u pprovdi ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew ta’ meta wellidt.

Ninfurmawk dwar l-għażliet possibbli wara li nistħarrġu r-rikjesta tiegħek.