FAQs
Għandi bżonn nimla l-profil u s-CV tiegħi qabel ma nibda l-applikazzjoni tiegħi għal kompetizzjoni miftuħa?
Question categories:
Iva. Meta tapplika għal kompetizzjonijiet miftuħa għall-istaff permanenti, jitla’ messaġġ pop-up jekk l-informazzjoni obbligatorja tkun nieqsa mill-Profil tal-EPSO tiegħek meta tipprova tibda applikazzjoni.
Kif spjegat fil-messaġġ, qabel ma japplikaw, il-kandidati jridu jimlew ċerti taqsimiet obbligatorji tal-profil tagħhom:
- Għall-kandidati kollha: f’“Is-CV tiegħi”, mill-inqas:
- żewġ lingwi uffiċjali tal-UE fil-“Ħiliet lingwistiċi”,
- annotazzjoni waħda f’“Edukazzjoni u taħriġ”,
- u kopja ta’ dokument tal-identità validu.
- Għall-kandidati esterni biss: in-nazzjonalità trid tiġi indikata fuq “Il-profil tiegħi”.
- Għall-kandidati interni biss: irid jiżdied indirizz tal-email personali fil-“Profil tiegħi”.
Hekk kif l-informazzjoni meħtieġa tkun lesta, tkun tista’ tibda l-applikazzjoni.
Nirrakkomandaw ukoll li tikkonsulta l-video tutorial pass pass dwar kif tapplika għall-kompetizzjonijiet tal-EPSO, li jiggwidak matul il-proċess kollu, u jgħin biex jiġu evitati kwistjonijiet komuni.