FAQs
Kif nista’ nibdel id-data personali tiegħi fil-Profil tal-EPSO tiegħi?
Kompetizzjonijiet miftuħa (Portal Uniku tal-Kandidati)
Jekk inti membru tal-istaff tal-UE u l-kont tiegħek inħoloq bl-użu ta’ EU login korporattiv, id-data personali tiegħek tiġi importata minn rekords interni tal-HR (Sysper) u ma tistax tinbidel fil-Portal Uniku tal-Kandidati.
Jekk int kandidat estern u ħloqt il-kont tiegħek billi tuża l-EU Login personali tiegħek, tista’ titlob bidliet fid-data personali tiegħek permezz tal-menu “Ikkuntattjana” fil-kont tiegħek. It-talbiet kollha jridu jkunu appoġġati minn dokument uffiċjali li jiġġustifika l-bidla.
L-ipproċessar jista’ jieħu diversi jiem, għalhekk ġentilment nitolbuk ma tippreżentax diversi talbiet identiċi. M’għandekx għalfejn tistenna li l-bidliet jiġu vvalidati; tista’ tkompli bl-applikazzjoni/bil-prenotazzjoni tat-test tiegħek.
Għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali (kont tal-EPSO)
Ikklikkja fuq “Data personali” fil-profil tal-EPSO tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet biex teditja l-informazzjoni personali tiegħek.
Biex tibdel kunjomok, isemk mat-twelid, ismek, id-data tat-twelid, jew iċ-ċittadinanza, trid tibgħat talba b’kopja ta’ dokument uffiċjali ta’ sostenn (eż. passaport, karta tal-identità, dokument legali) lil EPSO-PERS-DATA@ec.europa.eu.
Ladarba t-talba tiegħek tiġi approvata, id-data aġġornata tidher fil-kont tal-EPSO tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li t-talbiet jistgħu jiġu rrifjutati jekk ma jiġi pprovdut l-ebda dokument ta’ sostenn fi żmien ħamest ijiem.
L-ipproċessar jista’ jieħu diversi jiem, għalhekk ġentilment nitolbuk ma tippreżentax diversi talbiet identiċi. M’għandekx għalfejn tistenna li l-bidliet jiġu vvalidati; tista’ tkompli bl-applikazzjoni/bil-prenotazzjoni tat-test tiegħek.
Innota li din id-data personali l-ġdida vvalidata tiegħek hija dik li tiġi kkunsidrata għall-applikazzjonijiet ivvalidati tiegħek.