Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Nista’ nibdel l-għażliet tal-lingwa għat-testijiet tiegħi?

Kompetizzjonijiet miftuħa

Iva, tista’ timmodifika l-lingwi tiegħek anke wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għal kompetizzjoni miftuħa, sakemm id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni ma tkunx għaddiet. Ladarba tgħaddi d-data tal-iskadenza, il-formola tal-applikazzjoni, inkluża l-għażla tal-lingwi, ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar.

Jekk teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, tinsiex terġa’ tikklikkja “Issottometti”. Inkella, l-applikazzjoni tiegħek tibqa’ fi status ta’ abbozz u ma titqiesx.

Ara wkoll: Kif nista’ nagħżel il-lingwi tat-testijiet għal kompetizzjoni?


Proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali

Ma tistax tibdel l-għażliet tal-lingwa tiegħek inti stess.

Minflok, ikollok tissottometti talba lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt.

Innota li r-rekwiżiti tal-lingwi huma definiti fit-taqsima 3.2 tas-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess.

Ara wkoll: Kif nista’ nagħżel il-lingwi tat-testijiet għal proċedura ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali?