
Gruppi ta’ funzjoni

Il-pożizzjonijiet għal staff b’kuntratt huma disponibbli għal firxa wiesgħa ta’ impjiegi, li jeħtieġu livelli differenti ta’ kwalifiki. Huma jinqasmu f’erba’ gruppi ta’ funzjoni:
I. Kompiti manwali u kompiti ta’ servizz ta’ appoġġ amministrattiv
II. Kompiti klerikali jew segretarjali, tmexxija tal-uffiċċju u kompiti oħrajn ta’ dan it-tip
III. Kompiti eżekuttivi, abbozzar, kontabbiltà u kompiti tekniċi oħrajn ta’ dan it-tip
IV. Kompiti amministrattivi, konsultattivi, lingwistiċi u kompiti tekniċi ta’ dan it-tip
Tista’ tapplika għal grupp ta’ funzjoni wieħed jew aktar, sakemm tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.