Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Eliġibbiltà

Jien eleġibbli biex napplika?

Trid tkun taf jekk intix eliġibbli biex tapplika għal karriera mal-UE? Fuq din il-paġna, se ssib liema huma l-kriterji minimi ta’ eleġibbiltà biex tapplika għal pożizzjoni mal-UE. Nispjegaw ukoll ir-rekwiżiti lingwistiċi bażiċi biex tapplika għal post vakanti mal-UE.

Biex tkun eliġibbli biex tapplika għal kompetizzjoni miftuħa jew proċedura ta' selezzjoni:

  • trid tkun ċittadin ta' pajjiż tal-UE
  • trid tkun intitolat għad-drittijiet kollha bħala ċittadin tal-UE
  • trid tkun wettaqt kull obbligu impost fuqek mil-liġijiet dwar is-servizz militari f’pajjiżek
  • irid ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (Livell C1) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra (Livell B2) uffiċjali tal-UE
  • għall-kompetizzjonijiet tal-lingwa, irid ikollok għarfien perfett ta' lingwa uffiċjali tal-UE (Livell C2) u għarfien sħiħ ta' żewġ lingwi oħra (Livell C1) uffiċjali tal-UE.
     

Ir-rekwiżiti tal-lingwa:

Lingwa 1 - trid tkun waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE
Il-lingwa prinċipali tiegħek. Tista' tkun il-lingwa materna tiegħek jew kwalunkwe lingwa oħra li għandek għarfien sħiħ tagħha (livell C1) kif definit fil-Livell Ewropew – tabella ta’ l-awto-assessjar.
Għal xi kompetizzjonijiet/selezzjonijiet, irid ikollok għarfien perfett (livell C2) f'din il-lingwa.

Il-Lingwa 2 - trid tkun differenti mil-Lingwa 1.
Ikollok bżonn tal-anqas għarfien sodisfaċenti (livell B2) fil-lingwa tal-għażla tiegħek.
Għal xi kompetizzjonijiet/selezzjonijiet għal-lingwisti, irid ikollok għarfien sħiħ (livell C1) f'din il-lingwa.

Lingwi oħrajn
Għal xi kompetizzjonijiet, selezzjonijiet jew sejħiet għal espressjoni ta' interess, speċjalment kompetizzjonijiet għal-lingwisti, jistgħu jkunu rikjesti iktar ħiliet lingwistiċi.
Jekk jogħġbok ara l-Avviż tal-kompetizzjoni jew is-Sejħa għal espressjoni ta' interess.
 

Rekwiżiti ta’ kwalifiki u ta’ esperjenza professjonali:

Għandek ukoll tissodisfa kwalunkwe rekwiżit speċifiku mniżżel fl-avviż tal-kompetizzjoni jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess rilevanti, fir-rigward tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali.
Jekk jogħġbok ara l-Mistoqsijiet frekwenti dwar l-esperjenza professjonali u t-tipi differenti ta’ kwalifiki aċċettati.

Ir-rekwiżiti edukattivi minimi jvarjaw skont il-pożizzjoni.

Ġeneralment:

  • il-pożizzjonijiet kollha mhux għall-gradwati (grupp ta’ funzjoni I, appoġġ manwali u amministrattiv; il-livell ta’ assistent/gruppi ta’ funzjoni II – klerikali/segretarjali/maniġment tal-uffiċċju, grupp ta’ funzjoni III - amministrattiv/konsultattiv/ lingwistku/tekniku) jirrikjedu (tal-inqas) li tkun lestejt l-edukazzjoni sekondarja
  • il-pożizzjonijiet kollha għall-gradwati (livell ta' amministratur/grupp ta' funzjoni IV) jirrikjedu li tkun lestejt edukazzjoni universitarja (ta' tliet snin). 

Taf tkun meħtieġa esperjenza ta' xogħol rilevanti f'ċerti każijiet.
 

Rekwiżiti tal-età:

M'hemmx limitu ta' età. Madankollu l-uffiċjali jirtiraw awtomatikamet ta' 66 sena. Għal aktar dettalji, aqra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-UE.