
Agħmel differenza għall-Ewropa

Aħdem magħna biex nibnu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Se tgħinna narrikkixxu l-ħajja ta’ madwar 450 miljun ruħ u nikkontribwixxu għall-benesseri tal-komunità kollha tal-UE.
Se jkollok rwol attiv fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, fit-trawwim tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, fil-protezzjoni tal-konsumaturi, fl-appoġġ għar-riċerka xjentifika u fit-tfassil tal-futur diġitali tal-UE.
Se tikkontribwixxi għal bidla pożittiva b’ħafna modi u se tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, mill-emerġenzi tas-saħħa u ambjentali sat-twettiq ta’ ekonomija tal-UE aktar sostenibbiltà bl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku.
Aqra din il-gwida (disponibbli b’24 lingwa) biex issib aktar informazzjoni dwar x’inhi u x’tagħmel l-UE.