Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Suq tax-xogħol vibranti

F’dawn l-aħħar snin, l-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna kumpaniji internazzjonali għażlu lil-Lussemburgu bħala l-kwartieri ġenerali tagħhom. 

Bit-tieni l-ogħla PDG per capita tad-dinja bħalissa u l-akbar ċentru bankarju privat fiż-Żona tal-Euro, il-Lussemburgu sar dejjem aktar attraenti għall-professjonisti kwalifikati. Is-suq tax-xogħol li qed jespandi tal-pajjiż huwa attraenti ħafna għall-konjuġi tal-impjegati taċ-ċivil li jfittxu opportunitajiet ta’ xogħol.

It-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp tal-Lussemburgu, wasslu għal żieda fil-popolazzjoni u ħolqu soċjetà miftuħa fejn kulħadd iħossu milqugħ. Il-kulturi u l-lingwi jitħalltu bla xkiel u kemm il-familji kif ukoll il-persuni waħedhom jistgħu faċilment jagħmlu l-ħbieb.

F’dan in-nazzjon multilingwi, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Lussemburgiż huma l-erba’ lingwi l-aktar mitkellma. Peress li l-persuni espatrijati jiffurmaw kważi nofs il-popolazzjoni, il-ħajja ta’ kuljum tiżvolġi wkoll bil-Portugiż, it-Taljan, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Finlandiż, ir-Rumen, fost oħrajn.