Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships - Il-Qorti tal-Awdituri

Postijiet: 
Lussemburgu (il-Lussemburgu)

Istituzzjoni/Aġenzija

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri torganizza żewġ sessjonijiet ta' traineeships kull sena fl-oqsma ta’ interess għal xogħolha.

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE li jew għandhom diploma f’livell universitarju rikonoxxut jew li lestew tal-anqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f'qasam ta’ interess għall-Qorti (Awditjar, Baġit, Kontabbiltà, Amministrazzjoni, Riżorsi Umani, Traduzzjoni, Komunikazzjoni, Relazzjonijiet Internazzjonali, Legali).

Tul ta’ żmien: bejn 3 u 6 xhur.

Bi ħlas:  1,600 euro/fix-xahar.

Dati tal-Bidu: L-1 ta’ April u l-1 ta’ Ottubru, kull sena.