Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Awdituri

Bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tħares l-interessi ta' dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE. Din il-qorti, li hi bbażata fil-Lussemurgu, ma għandhiex setgħat legali, iżda taħdem biex ittejjeb l-immaniġġjar mill-Kummissjoni Ewropea tal-baġit tal-UE u tirrapporta dwar il-finanzi tal-UE.

Il-persunal huwa prinċipalment l-uffiċjali reklutati permezz tal-listi ta’ riżerva minn kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati fuq dan is-sit web. F’ċerti ċirkostanzi, madankollu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tista’ timpjega wkoll persunal temporanju jew kuntrattwali. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

Location
Lussemburgu (il-Lussemburgu)