Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Dorthe C. (Kummissjoni Ewropea)

“Wieħed mill-postijiet favoriti tiegħi fi Brussell huwa Flagey. Minbarra l-pjazza vivaċi bil-kafetteriji ħelwin u popolari tagħha, Flagey għandha dar kulturali fantastika b’sala tal-kunċerti, li għandha sentiment lokali u familjari ħafna, iżda fil-fatt toffri kunċerti inkredibbli minn mużiċisti famużi fid-dinja.  Ta’ spiss inkun nixtieq post tan-natura ’l bogħod mill-folol u għal dan napprezza ferm Bois de la Cambre, speċjalment kmieni filgħodu (filwaqt li fi tmiem il-ġimgħa waranofsinhar/filgħaxija/billejl, il-park ikun mimli b’dawk li jħobbu x-xemx u d-divertiment). F’dak li għandu x’jaqsam mal-mużewijiet, il-Mużew tax-Xjenzi Naturali bl-iskeletri tad-dinożawri li nstabu fil-Belġju huwa post li wieħed għand assolutament iżur u suċċess garantit mat-tfal. Fis-sajf, il-Ġnien Coloma Rose f’Sint-Pieters-Leeuw fil-periferija ta’ Brussell huwa post tal-blieh u sbuħija fragranti, u verament nieħu gost ingawdi mill-kalma tal-park il-kbir madwar il-kastell ċkejken gustuż.”