Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Programm ta' azzjoni pożittiva tal-Kunsill għal trainees b'diżabbiltà

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea joffri sa 6 traineeship bi ħlas fis-sena f’oqsma differenti riżervati għal trainees b’diżabilità.

Min jista’ japplika:

Dawn it-traineeships huma riżervati għall-gradwati u għal studenti universitarji tat-tielet, ir-raba’ jew il-ħames sena b’nazzjonalità tal-UE b’diżabbiltà rikonoxxuta.

Tul ta’ żmien: 5 xhur

Bi ħlas:  €2,065.32 fix-xahar, rimborż tal-ispejjeż tal-ivjaġġar u kard tat-traħħis tar-restorant tas-SĠK. Meta jippreżentaw il-ġustifikazzjoni xierqa, it-trainees b’diżabbiltà jistgħu jirċievu ammont supplimentari sa nofs l-għotja tat-traineeship.

Dati tal-Bidu:

  • Is-16 ta’ Frar (il-perjodu ta’ applikazzjoni madwar Awwissu/Settembru - iċċekkja dak iż-żmien għad-dati finali).
  • L-1 ta’ Settembru (il-perjodu ta’ applikazzjoni madwar Frar/Marzu - iċċekkja dak iż-żmien għad-dati finali).

Post: Brussell.

Għal aktar informazzjoni u biex tapplika jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Kunsill.

Skopri x-xhieda ta’ trainees li pparteċipaw f’dan il-programm ta’ azzjoni.