Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Skema ta' Azzjoni Pożittiva tal-Parlament Ewropew għal trainees b'diżabbiltà

L-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà hi prijorità tal-Parlament Ewropew. Minbarra l-possibbiltà li jiġu reklutati skont il-proċedura ġenerali ta’ selezzjoni għat-trainees Schuman, il-persuni b’diżabbiltà issa għandhom opportunità akbar li jieħdu sehem permezz tal-Iskema ta’ Azzjoni Pożittiva għat-trainees b’diżabbiltà. Persuni li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensorju fit-tul ta’ mill-anqas 20% jistgħu japplikaw għal dan il-programm. Il-kandidati magħżulin mill-Iskema ta’ Azzjoni Pożittiva li jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà għal traineeship Schuman jistgħu jirċievu offerta għal traineeship, ladarba s-Servizz Mediku tal-Parlament Ewropew jikkonferma li għandhom diżabbiltà kif deskritt hawn fuq. Il-kandidati li jintgħażlu jistgħu jirċievu ħlas addizzjonali sa 50% tal-għotja ta’ kull xahar tat-trainees Schuman, biex jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba.

Tista’ tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli lit-trainees b’diżabbiltà fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali tal-impjieg tagħhom. Fejn meħtieġ se jittieħdu miżuri xierqa sabiex persuna b’diżabbiltà jkun jista’ jkollha aċċess biex tipparteċipa, jew tavvanza fl-impjieg, jew titħarreġ.

Meta tinfetaħ il-proċedura ta’ selezzjoni, applika permezz tal-portal li ġej: https://ep-stages.gestmax.eu/website/application-informations

Postijiet: Brussell, il-Lussemburgu, Strasburgu jew l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew.