Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Missjoni

Il-missjoni ewlenija tal-EPSO hi li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet billi jagħżel kandidati b’talent permezz ta’ kompetizzjonijiet ġeneralisti u speċjalizzati. Fit-twettiq ta’ dan l-għan, l-EPSO jaġixxi bħala relatur fdat bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u professjonisti u gradwati bi prestazzjoni għolja. B’hekk jikkontribwixxi għall-bini tas-servizz ċivili Ewropew attwali u futur.

Bħala uffiċċju interistituzzjonali, l-EPSO hu responsabbli għas-selezzjoni tal-istaff prinċipalment għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tirrekluta l-istaff minn lista li tingħata mill-EPSO ta’ kandidati li jirnexxilhom jgħaddu mill-proċess kollu.

Tista’ titgħallem dwar il-klijenti istituzzjonali tagħna fil-qosor billi tikkonsulta din il-paġna.

Tista’ titgħallem aktar dwar it-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet u korpi li jiffurmaw is-servizz ċivili tal-UE billi żżur din il-paġna.