Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Tista’ tikkonferma li d-diploma u/jew l-esperjenza professjonali tiegħi se jiġu aċċettati?

Question categories:

Hija r-responsabbiltà tal-Bord ta’ Selezzjoni maħtur għall-kompetizzjoni li jinterpreta u jevalwa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u li jaċċetta jew jirrifjuta l-informazzjoni li tissottometti. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni se jiġu ppubblikati fil-Kont tal-Kandidat tiegħek flimkien mar-riżultati tat-test. 

Fl-Avviż tal-Kompetizzjoni se ssib informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà (inkluż dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali). Kwalunkwe interpretazzjoni tal-informazzjoni li tissottemetti hija l-prerogattiva tal-Bord ta’ Selezzjoni, mhux tal-EPSO. 

Nissuġġerulek taqra bir-reqqa l-avviż tal-kompetizzjoni u tipprovdi informazzjoni preċiża u eżawrjenti fl-applikazzjoni tiegħek dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. 

F’konformità mar-rekwiżiti fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, inti meħtieġ ukoll ittella’ dokumenti ta’ sostenn fis-CV tiegħek fil-Portal Uniku tal-Kandidati. Jekk jogħġbok iċċekkja wkoll l-informazzjoni rilevanti tagħna dwar id-dokumenti ta’ sostenn