Meta u fejn se nagħmel it-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO għall-Aġenti kuntrattwali?
Question categories:
Il-kandidati preselezzjonati (misjubin fil-lista l-qasira) mis-servizzi ta’ reklutaġġ biss se jiġu mistednin jagħmlu t-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO.
Jekk tiġi preselezzjonat, tirċievi stedina għat-test fil-profil tal-EPSO tiegħek. Din l-istedina normalment tiġi ppubblikata mill-anqas ġimagħtejn qabel id-data tat-test fil-kont tal-EPSO tiegħek. Jekk jogħġbok iċċekkja l-profil tal-EPSO tiegħek mill-anqas kull tlett ijiem kalendarji. Trid tagħmel it-test tiegħek fil-perjodi ta’ żmien mogħtijin.
It-testijiet huma testijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter. Ara aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi u tal-IT għall-ittestjar online.