Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek dak li hu meħtieġ?

Biex tapplika għall-Kompetizzjoni tal-Awditjar (AD7), trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

  • Tkun ċittadin tal-UE u tgawdi d-drittijiet kollha ta’ ċittadin tal-UE. 
     
  • Ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE (Livell C1) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE (Livell B2)
     
  • Trid tkun lestejt l-istudji fil-livell universitarju
     
  • Irid ikollok mill-inqas 5 sa 7 snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti, li minnhom mill-inqas erba’ snin fil-qasam tal-awditjar, kif ġej: 
    • Mill-inqas tliet snin ta’ studji universitarji, iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ seba’ snin esperjenza professjonali rilevanti, li mill-inqas erba’ snin minnhom iridu jkunu fil-qasam tal-awditjar;

      jew

    • Mill-inqas erba’ snin ta’ studji universitarji, iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ sitt snin esperjenza professjonali rilevanti, li mill-inqas erba’ snin minnhom iridu jkunu fil-qasam tal-awditjar;

      jew

    • Mill-inqas ħames snin ta’ studji universitarji, iċċertifikati b’diploma, segwiti minn minimu ta’ ħames snin esperjenza professjonali rilevanti, li mill-inqas erba’ snin minnhom iridu jkunu fil-qasam tal-awditjar.