Xogħol u ħajja fil-Lussemburgu
Il-Lussemburgu, li jinsab f’salib it-toroq bejn Franza, il-Belġju u l-Ġermanja, huwa famuż għall-enerġija kosmopolitana kif ukoll għall-kwalità tal-ħajja magħrufa u l-istandard tal-għajxien tiegħu ta’ livell għoli ħafna.
Mhux ta’ b’xejn huwa wieħed mill-aktar pajjiżi ferħana fid-dinja.
Bħala mikrokożmu reali tad-diversità Ewropea, dan in-nazzjon prosperu jospita 645,000 persuna ta’ 170 nazzjonalità differenti, li jitkellmu madwar 80 lingwa differenti.
Il-pajjiż u l-belt kapitali tiegħu – il-Belt tal-Lussemburgu – huma eżempju uniku ta’ tradizzjoni u modernità, b’taħlita ta’ bini kontemporanju, kastelli u natura spettakolari. Kollha tista’ tasal għalihom f’temp ta’ mixja qasira jew vjaġġ qasir.
Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà: jekk jogħġbok innota li l-EPSO ma jistax jinżamm responsabbli għal-links ipprovduti minn entitajiet esterni u li huma disponibbli fuq din il-paġna web.