Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ambjent internazzjonali

Aerial view of a group of people holding an EU flag

L-amministrazzjoni pubblika tal-UE għandha ambjent tax-xogħol uniku. L-uffiċjali tal-UE jiġu reklutati fl-Unjoni Ewropea kollha u jikkomunikaw b’24 lingwa differenti. Dawn jiffurmaw tim divers, multikulturali u multilingwi bħal ebda ieħor fid-dinja.

Bħala parti minn din il-komunità internazzjonali, se jkollok opportunità mingħajr paragun biex tikber kemm professjonalment kif ukoll personalment, tespandi l-orizzonti tiegħek u taħdem ma’ kollegi mill-UE kollha.

L-UE toffri ħafna opportunitajiet ta’ karriera prinċipalment fi Brussell u fil-Belt tal-Lussemburgu kif ukoll f’ħafna bliet oħrajn.

Hekk kif timxi ’l quddiem fil-karriera tiegħek, tista’ wkoll issegwi opportunitajiet oħrajn ta’ xogħol ma’ delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja u ma’ aġenziji madwar l-Ewropa.