Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Meritxell D. (Parlament Ewropew)

“Għalija l-Belt tal-Lussemburgu kienet deċiżjoni tal-ewwel għażla. Ħsibt li din hi post eċċellenti għall-istadju tal-karriera li jmiss tiegħi, post fejn nista’ nkompli nitgħallem u ntejjeb lili nnifsi professjonalment. Peress li jien għandi passjoni għall-komunikazzjoni u l-lingwi, pożizzjoni ta’ Uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi għas-servizz tat-traduzzjoni tal-Parlament Ewropew f’belt rikonoxxuta globalment għall-eċċellenza tagħha fil-multilingwiżmu qabblet perfettament. Għall-professjonisti lingwistiċi, il-Belt tal-Lussemburgu hi L-BELT KAPITALI Ewropea fejn wieħed jista’ jsib opportunitajiet ta’ xogħol interessanti fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Il-Belt tal-Lussemburgu tgħaqqad il-benefiċċji ta’ belt kapitali ma’ dawk ta’ belt żgħira. Hi ekoloġika ħafna, favur il-familja u multikulturali. Post kwiet u sikur fejn wieħed jista’ jipprattika varjetà wiesgħa ta’ sport, igawdi l-mużika u l-arti, u jieħu vantaġġ mill-prossimità ta’ pajjiżi oħrajn. Dawk li jgħixu fiha jistgħu jagħżlu bejn il-verżjonijiet b’ritmu mgħaġġel jew bil-mod tal-belt.

Ilni hawn biss għal xi xhur, iżda biżżejjed biex nisma’ minn diversi nies li l-Belt tal-Lussemburgu aktar ma jgħaddi żmien aktar issir togħġbok.”