Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Picture of Kurt

Kurt S. (Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka)

“L-ewwel daqqa t’għajn li jien u l-familja tiegħi tajna lejn Brussell kien fil-Halle Gate, monument qisu ħiereġ mill-istejjer li għandu aktar minn 600 sena u, fil-fatt, huwa l-aktar xhud notevoli tal-passat medjevali tal-Belt. Meta tħossok sportiv tista’ tiddeċiedi li titla’ l-169 pass tiegħu biex tgawdi l-aktar veduta panoramika spettakolari ta’ Brussell. Post ieħor li nieħdu gost inqattgħu l-ħin fih, huwa s-Sala Henry Le Bœuf li toffri armonija viżiva u kwalità akustika. Kont taf li kienet kompletament iddiżinjata minn Victor Horta u li l-inawgurazzjoni tagħha seħħet f’Ottubru 1929? Minn dak iż-żmien ’l hawn, hi toffri esperjenza unika u kwalità akustika rikonoxxuta minn leġġendi mużikali mid-dinja kollha permezz tal-armonija sabiħa tagħha tal-bellus aħmar skur, il-paviment tal-parquet, u l-abjad tal-kolonji mikxufin.”