Tagħmir speċjali
Mouse ottiku ergonomiku
Xiex? Tip ta’ mouse li jħeġġeġ pożizzjonijiet tal-polz u tad-driegħ newtrali f’saħħithom għal moviment bla xkiel u inqas strapazz ġenerali.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).
Tastiera u tasti VIG (TastierI għal persuni b’vista batuta li jużaw teknoloġija assistiva)
Xiex? Tastiera robusta u standard b’karattri ċari u kbar ħafna fuq it-tasti li jagħmluha xierqa għal persuni b’vista batuta.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).
Calculator kbir mhux programmabbli
Xiex? Calculator ta’ madwar 20 cm x 30 cm. Dan jista’ jintalab pereżempju minn kandidati b’diżabbiltà fil-vista.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test li jeħtieġu kalkolu.
Fejn? Fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? L-EPSO.
Mouse għal min hu xellugi
Xiex? Tip ta’ mouse li jippermetti lil dawk li jieħdu t-test b’id ix-xellugija jittestjaw bil-kumdità.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).
Trackball Mouse
Xiex? Trackball kbir u li jintuża bis-saba’ għal kontroll superjuri filwaqt li jitnaqqas il-moviment tal-id u tal-polz.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).
Mouse vertikali
Xiex? Dan it-tip ta’ mouse awtomatikament ipoġġi l-id u l-polz f’pożizzjoni naturali u rilassata.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).
Ikel u xorb
Xiex? Permess biex oġġetti personali jiddaħħlu fl-ambjent tal-ittestjar għal skopijiet mediċi bħad-dijabete.
Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.
Fejn? Online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.
Min? Kandidat (tagħmir tiegħu proprju).