Skip to main content

Il-ħin u l-postijiet tal-iskedar

Ħin addizzjonali

Xiex? Il-ħin allokat għal test jiġi estiż b’ċertu perċentwal ta’ ħin żejjed (eż. 25%, 33%, 50%, 75%, 100% jew 120%). Pereżempju, kandidat li jkun ingħata 50 % ta’ ħin addizzjonali għal test ta’ 10 minuti jkollu 15-il minuta biex jagħmel it-test minflok 10.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Fejn? Matul it-testijiet online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.

Min? Il-fornitur tat-test u l-EPSO.


Pawżi

Xiex? Il-kandidati jistgħu jirċievu pawżi addizzjonali bejn it-taqsimiet tat-test jekk il-kundizzjoni tagħhom tiġġustifika dan.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Fejn? It-testijiet online u fil-postijiet iddeterminati mill-EPSO.

Min? Il-fornitur tat-test u l-EPSO.


Skedar mill-ġdid

Xiex? Matul it-tqala jew il-perjodu viċin it-twelid, il-kandidati jistgħu jitolbu data tat-test differenti. F’xi każijiet speċifiċi ta’ kundizzjonijiet mediċi temporanji (eż. inċidenti serji, trattamenti tal-kanċer, rikoveru l-isptar), l-EPSO se jikkunsidra wkoll jekk l-iskedar mill-ġdid huwiex fattibbli.

Meta? Matul il-fażijiet kollha tat-test.

Min? EPSO.