Il-programm annwali ta’ azzjoni pożittiva tal-Parlament Ewropew għall-aġenti kuntrattwali
Għall-10 sena konsekuttiva, il-Parlament Ewropew qed iniedi l-Programm ta’ Azzjoni Pożittiva (PAP) (edizzjoni tal-2024), perkors addizzjonali mfassal biex jiffaċilita l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità bħala aġenti kuntrattwali. Din l-inizjattiva toffri lill-kandidati b’diżabilità l-opportunità li jaħdmu għall-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, u tippermetti lill-Parlament jiżgura riżerva diversa ta’ talent billi jattira kandidati kompetenti.
Titlifx iċ-ċans li tiġi offrut kuntratt ta’ sena, bil-possibbiltà ta’ estensjoni! Tista’ titqiegħed ukoll f’bażi tad-data tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-possibbiltà ta’ reklutaġġ bħala aġent kuntrattwali fi stadju aktar tard.