Politika / politiki tal-UE (CAST Permanent)
Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx tapplika għal din/dawn il-proċedura/i ta' selezzjoni aqra d-dokumenti importanti kollha biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-eliġibilità fid-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek.
Tista’ tapplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-profili u/jew gruppi ta’ funzjonijiet. Nirrikkmandawlek li tagħżel biss dawk il-profili u gruppi ta’ funzjonijiet l-iktar rilevanti għall-edukazzjoni u l-esperjenza tiegħek.
Il-fatt li tippreżenta applikazzjonijiet multipli ma jżidx neċessarjament iċ-ċansijiet tiegħek li tintgħażel minn qabel.
Il-kuntratti għal din/dawn il-proċedura/i ta’ selezzjoni se jkunu fil-maġġorparti għal pożizzjonijiet fi Brussell u l-Lussemburgu. Numru limitat ta’ kuntratti jistgħu jkunu disponibbli fi bliet oħra tal-UE u f’delegazzjonijiet tal-UE mad-dinja kollha.
Għal aktar informazzjoni ara wkoll il-Mistoqsijiet u t-tweġibiet speċifiċi.
Applikazzjoni
Jekk tiddeċiedi li tapplika għal wieħed mill-profili tal-CAST permanenti jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:
- Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn Profil tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ara l-FAQs tagħna jew ikkuntattjana jekk m’intix ċert.
- Ikklikkja APPLIKA hawn taħt, biex tibda bl-applikazzjoni tiegħek.
- Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
- Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok qis li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.
Għandek diffikultajiet bl-aċċessibbiltà? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibbiltà tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni.
Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana! Nistgħu nipprovdulek formati aċċessibbli jew assistenza. - Imla u vvalida l-formola ta’ applikazzjoni online fil-lingwa/i mitluba mis-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.
Jekk jogħġbok innota li s-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess tinkludi struzzjonijiet dwar il-lingwa li biha għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek.
In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-iskwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni. - Kun ċert li tagħżel il-grupp ta’ funzjoni t-tajjeb meta tapplika.
Jekk m’intix ċert liema grupp ta’ funzjoni trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta s-Sejħa għal espressjoni ta’ interess.
Dati importanti
- Computer based multiple choice tests - results (indicative date) : mid 12/2024 (indicative)
Dokumenti importanti
Informazzjoni relatata
Numru ta' applikazzjonijiet
EPSO/CAST/P/12/2017: 11008
EPSO/CAST/P/13/2017: 19904