Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hi l-entità eżekuttiva tal-UE. Hi waħidha hi responsabbli biex tfassal il-proposti għal leġiżlazzjoni Ewropea ġdida, u timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE.

Ħafna uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea huma bbażati fi Brussell (il-Belġju) u l-Lussemburgu. Il-Kummissjoni hija bil-bosta l-akbar impjegatur mill-istituzzjonijiet tal-UE, b’persunal fl-Ewropa u f'uffiċċji mad-dinja kollha. Huma disponibbli għadd ta' postijiet speċjalizzati, pereżempju għal nies b'għarfien dwar ix-xjenza, l-ilsna jew l-istatistika u l-ekonomija.

Location
Brussell (il-Belġju)