Kif tapplika
Il-proċess tas-selezzjoni għas-sena akkademika 2027/2028 se jibda fi Frar/Marzu 2027.
Applikaw jekk intom:
- Ċittadini tal-UE;
- Titkellmu sew bl-Ingliż u bil-lingwa tal-pajjiż li qed tistudjaw fih;
- Disponibbli biex tipparteċipaw fil-kors ta’ taħriġ obbligatorju tagħna ta’ ġurnata f’Ottubru 2027;
- Irreġistrati u preżenti fl-università għat-tul ta’ żmien kollu tal-kariga ta’ ambaxxatur (Ottubru 2027 - Settembru 2028);
Jekk jogħġobkom innutaw li l-lista tal-Universitajiet parteċipanti ġiet stabbilita f’kollaborazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali. Bħalissa ma nistgħux nappoġġjaw ambaxxaturi minn universitajiet oħrajn.
Jekk l-università tagħkom mhix fuq din il-lista, jekk jogħġobkom żuru din il-paġna fil-bidu tas-sena d-dieħla biex tiċċekkjaw il-lista l-ġdida u aġġornata tagħna.
jekk għandkom xi mistoqsijiet, toqogħdux lura milli tikkuntattjawna fuq: EPSO-CAREERS-AMBASSADOR@ec.europa.eu