Jekk ħloqt il-profil tal-Portal Uniku tal-Kandidati tiegħek b’kont korporattiv tal-EU Login:
Id-data tiegħek tiġi kkupjata minn Sysper u ma tistax tinbidel fil-Portal Uniku tal-Kandidati.
Jekk ħloqt il-profil tal-Portal Uniku tal-Kandidati tiegħek b’kont estern tal-EU Login:
Tista’ titlob bidla fid-data personali permezz tal-menu “Ikkuntattjana” fil-Portal Uniku tal-Kandidati. It-talbiet kollha għal tibdil iridu jkunu appoġġati minn kopja ta’ dokument uffiċjali li jiġġustifika l-bidla.
Ta’ min wieħed jinnota li l-aċċettazzjoni ta’ din il-bidla tieħu diversi jiem għalhekk nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni biex ma toħloqx talba identika oħra. Tistenniex sakemm il-bidla/bidliet tiġi/jiġu vvalidata/i, iżda kompli bl-applikazzjoni/bl-ibbukkjar tat-test tiegħek eċċ.