Jiena għandi diżabilità jew kundizzjoni medika li teħtieġ aġġustamenti fit-testijiet tas-selezzjoni. X’għandi nagħmel?
Question categories:
Jekk teħtieġ aġġustamenti għat-testijiet ta’ selezzjoni bħala riżultat ta’ diżabilità jew kundizzjoni medika, kulma trid tagħmel huwa li ssegwi l-proċedura stabbilita fil-paġna tagħna dwar l-opportunitajiet indaqs sabiex tissottometti t-talba tiegħek għal aġġustamenti. Se ssib ukoll it-tipi differenti ta’ aġġustamenti possibbli.
Jekk jogħġbok innota li sabiex tibbenefika minn aġġustamenti raġonevoli fit-testijiet ta’ selezzjoni, ikollok tipproduċi ċertifikat li jikkonferma d-diżabilità jew il-kundizzjoni medika tiegħek maħruġ minn organizzazzjoni nazzjonali kompetenti u/jew speċjalista.