Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

(EUSPA) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali

L-ispazju huwa essenzjali għall-mod kif ngħixu, naħdmu u nilagħbu. Il-missjoni ewlenija tal-EUSPA hija li timplimenta l-Programm Spazjali tal-UE u li tipprovdi servizzi relatati mal-ispazju affidabbli, sikuri u siguri, filwaqt li timmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħhom għas-soċjetà u n-negozju Ewropej. Billi trawwem l-iżvilupp ta’ setturi upstream u downstream innovattivi u kompetittivi u tinvolvi ruħha mal-komunità Spazjali kollha tal-UE, l-EUSPA qed tixpruna t-tkabbir ibbażat fuq l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea u tikkontribwixxi għas-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, filwaqt li fl-istess ħin issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE.

Location
Praga (Ir-Repubblika Ċeka)