Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Studenti Ambaxxaturi ta’ EU Career

Jekk int student ħerqan li tippromwovi l-karrieri mal-UE fuq il-kampus tal-università tiegħek, għaliex ma tapplikax biex issir Student Ambaxxatur volontarju ta’ EU Career?

Bħala parti mill-esperjenza, se tkun tista’:

  • Tiskopri aktar dwar opportunitajiet ta’ EU Career u tippromwovihom ma’ sħabek l-istudenti
  • Tibni network eċċellenti tal-istudenti fl-Ewropa
  • Tikseb esperjenza ta' xogħol matul l-istudji tiegħek li se jagħmlu lis-CV tiegħek aktar attraenti
  • Tiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħek dwar kif titkellem fil-pubbliku, il-kummerċjalizzazzjoni u l-HR
  • Tirċievi taħriġ sħiħ ta’ induzzjoni u kkowċjar matul iż-żmien tiegħek f'dan ir-rwol
  • Ikollok aċċess għal uffiċjali għoljin tal-UE
  • Ittra ta’ referenza bbażata fuq il-prestazzjoni tiegħek

Qed infittxu nies motivati, li jħobbu jikkomunikaw ma’ dawk ta’ madwarhom b’entużjażmu biex jippromovu EU Career fl-università tiegħek.
Bħala impjegatur b’reputazzjoni tajba ħafna tal-aqwa gradwati, EU Career qed tfittex ambaxxaturi tal-brand tagħha fi wħud mill-aqwa universitajiet tal-Ewropa.

L-iskema Studenti Ambaxxaturi EU Career mal-UE twassal biex jinstabu modi innovattivi biex jiġu promossi l-opportunitajiet kbar li aħna qed noffru, inklużi permezz ta’:

  • attendenza f’fieri tal-karrieri, jew għoti ta’ preżentazzjoni lill-istudenti sħabek
  • l-iżvilupp ta’ networks ta’ universitajiet u l-għoti ta’ informazzjoni
  • iż-żamma ta’ preżenza attiva online u fuq il-media soċjali
  • l-għoti ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet dwar EU Career

 

Tixtieq tisma’ dwar l-esperjenza direttament mill-Ambaxxaturi ta’ EU Career?

 

X’jagħmel Ambaxxatur?

  • Jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għal studenti interessati f’EU Career
  • Jirriċerka dwar gruppi fil-mira u jikkuntattja l-media tal-università
  • Jistabbilixxi lista ta’ indirizzi u jiddistribwixxi l-informazzjoni dwar EU Career permezz tal-mezzi adatti
  • Jagħti preżentazzjonijiet, jattendi l-avvenimenti tal-università dwar il-karrieri u jsib kelliema interessanti
  • Ilesti kompiti ta’ kull xahar u jirrapporta lura regolarment dwar l-attivitajiet tiegħu
  • Jimmaniġġja u jimmonitorja regolarment paġna apposta tal-Facebook / preżenza online

X’qed infittxu?

Qed infittxu Ambaxxaturi motivati li jridu jippromwovu l-benefiċċji ta’ EU Career u li għandhom dawn il-kompetenzi:

  • Ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti
  • Ħiliet ta’ networking
  • Rieda li taqsam u titgħallem
  • Kapaċità ta’ adattament
  • Ħiliet tajba ta’ organizzazzjoni
  • Kapaċità li twassal il-kwalità u r-riżultati
  • Approċċ innovattiv u kreattiv
  • Reżiljenza

Obbligi Minimi

  • Impenn tal-anqas ta’ sagħtejn fil-ġimgħa għar-rwol tiegħek ta’ Ambaxxatur
  • Torganizza jew tieħu sehem f’minimu ta’ avveniment jew preżentazzjoni waħda ta’ EU Career
  • Tikkomunika fuq bażi regolari mal-koordinatur tiegħek ta’ EU Career
  • Tipparteċipa fit-taħriġ kollu offrut (online)
  • Iżżomm reġistru tal-attivitajiet tiegħek u tirrapporta lura b’mod regolari

Barra minn dawn ir-rekwiżiti minimi, hi verament l-għażla tiegħek li tiddeċiedi kemm tista’ tiddedika ħin għall-promozzjoni flimkien mal-istudji akkademiċi tiegħek u kif se tippromwovi EU Career ma’ sħabek l-istudenti. Qed infittxu Ambaxxaturi kreattivi li jistgħu joħorġu b’modi innovattivi għall-promozzjoni ta’ EU Career!

Kif tapplika

Il-proċess tas-selezzjoni għas-sena akkademika 2023/24 se jibda fi Frar/Marzu 2023.

Jekk int: 

  • Ċittadin tal-UE.
  • Titkellem sew bl-Ingliż u b’waħda mil-lingwi tal-pajjiż fejn qed tistudja.
  • Disponibbli biex tipparteċipa fil-kors ta’ taħriġ obbligatorju tagħna ta’ ġurnata f’Ottubru 2023.
  • Irreġistrat u preżenti fl-università għat-tul ta’ żmien tal-pożizzjoni ta’ Ambaxxatur (Ottubru 2023 - Settembru 2024).

Jekk jogħġbok innota li l-lista tal-universitajiet parteċipanti ġiet stabbilita f’kollaborazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali. Bħalissa ma nistgħux nappoġġjaw Ambaxxaturi f’universitajiet oħrajn u ġeneralment il-lista ma tinbidilx. Jekk l-università tiegħek mhijiex fuq il-lista, jekk jogħġbok żurna s-sena d-dieħla biex tiċċekkja l-lista aġġornata.

Kuntatt

Jekk għandek xi mistoqsijiet tiddejjaqx tikkuntattjana permezz ta’ : EPSO-CAREERS-AMBASSADOR@ec.europa.eu