Test bil-miktub
Dan it-test bil-miktub huwa mfassal biex jivvaluta l-kompetenza li ġejja: il-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub. La l-għarfien tiegħek fil-qasam u lanqas l-għarfien tiegħek dwar is-suġġett ta’ dan it-test ma jiġu vvalutati; għalhekk, it-twettiq ta’ riċerka addizzjonali mhuwiex meħtieġ. Tista’ tagħmel suppożizzjonijiet loġiċi meta l-informazzjoni tkun nieqsa jew mhux kompluta.
Biex tipprepara għat-test, trid toqgħod fuq id-dokument sors aċċessibbli hawn taħt. Innota li kwalunkwe hyperlinks li jistgħu jidhru fid-dokument mhumiex parti mill-materjal preparatorju.
Il-bażi għat-test bil-miktub se tkun biss l-ewwel parti tal-proposta, il-MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI” (l-ewwel 19-il paġna fil-verżjoni bil-Malti).
It-taqsimiet li ġejjin MHUX se jkunu parti mit-test bil-miktub u għandhom jiġu injorati: “2010/31/UE - Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni)” u l-”Anness I”.
Fil-jum tat-test, se tingħata assenjament speċifiku, konness mad-dokument sors. Se jkollok aċċess ukoll għad-dokument sors matul it-test.