Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Test bil-miktub

Dan it-test bil-miktub huwa mfassal biex jivvaluta l-kompetenza li ġejja: il-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub. La l-għarfien tiegħek fil-qasam u lanqas l-għarfien tiegħek dwar is-suġġett ta’ dan it-test ma jiġu vvalutati; għalhekk, it-twettiq ta’ riċerka addizzjonali mhuwiex meħtieġ. Tista’ tagħmel suppożizzjonijiet loġiċi meta l-informazzjoni tkun nieqsa jew mhux kompluta.

Biex tipprepara għat-test, trid toqgħod fuq id-dokument sors aċċessibbli hawn taħt. Innota li kwalunkwe hyperlinks li jistgħu jidhru fid-dokument mhumiex parti mill-materjal preparatorju.

Il-bażi tal-eżami bil-miktub se tkun biss l-ewwel parti tal-proposta, il-“MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI” (sa paġna 27 fil-verżjoni Maltija).

It-Taqsima li ġejja (minn paġna 28 ’l quddiem fil-verżjoni Maltija) MHUX se tkun parti minn dan l-eżami bil-miktub u għandha tiġi injorata, “Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali”.

Fil-jum tat-test, se tingħata assenjament speċifiku, konness mad-dokument sors. Se jkollok aċċess ukoll għad-dokument sors matul it-test.

Referenza: 
EPSO/AD/422/25 - 2