Għandek dak li hu meħtieġ?
Biex tapplika għall-Kompetizzjoni tal-amministraturi gradwati (AD5), trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
- Tkun ċittadin tal-UE u tgawdi d-drittijiet kollha ta’ ċittadin tal-UE.
- Ikollok għarfien sħiħ ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
- Ikollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ta’ mill-inqas tliet snin, iċċertifikati b’diploma mogħtija mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2026.
- Ma għandek bżonn l-ebda esperjenza professjonali.