Kif tirreġistra f’bażi tad-data tal-persunal kuntrattwali
Ikkonsulta t-taqsima tal-persunal kuntrattwali u agħżel il-profil li jaqbel l-aktar mal-isfond akkademiku u professjonali tiegħek.
Jekk jogħġbok aqra d-dokumenti importanti kollha, speċjalment is-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess.
Jekk tikklikkja fuq “Applika” se tkun tista’ tilloggja fil-Profil tal-EPSO uniku tiegħek. Jekk ma għandekx wieħed, tista’ toħolqu dak il-ħin.
Imbagħad tista’ tirreġistra fil-bażi tad-data tal-persunal kuntrattwali billi timla formola ta’ applikazzjoni.
Meta jinqala’ l-bżonn li jiġi rreklutat persunal kuntrattwali, l-EPSO jfittex fil-bażi tad-data u jagħmel lista ta’ kandidati li jkollhom ir-rekwiżiti tal-impjieg.
Il-kandidati magħżula jagħmlu testijiet ibbażati fuq il-kompjuter (MCQs) fuq raġunament verbali, numeriku u astratt. Il-kandidati magħżula jistgħu jiġu mistiedna għal intervista mal-istituzzjoni li tirrekluta u potenzjalment jiġu impjegati.
L-istediniet għat-testijiet u aġġornamenti oħra jittellgħu fil-Profil tal-EPSO tiegħek. Tista’ wkoll tabbona fil-paġna tal-profil biex tirċievi n-notifiki.
Tista’ tapplika wkoll direttament għall-postijiet tax-xogħol battala tal-persunal kuntrattwali u tiġi mistieden tagħmel it-testijiet. Madankollu, trid tgħaddi mit-testijiet biex tingħata impjieg.