Brussell u l-Belt tal-Lussemburgu
Il-biċċa l-kbira tal-uffiċjali tal-UE jibdew il-karriera tagħhom fi Brussell jew fil-Belt tal-Lussemburgu, is-sedi tal-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-polz tat-tfassil tal-politika tal-UE.
Nies mill-Ewropa kollha jirrilokaw lejn dawn iż-żewġt ibliet biex jaħdmu għall-UE jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għalhekk stenna li se tiltaqa', titħallat u tieħu gost maċ-ċittadini lokali kif ukoll ma’ komunità vibranti ta’ espatrijati.
Brussell u l-Belt tal-Lussemburgu jgawdu minn kwalità ta’ ħajja għolja, huma ekoloġiċi ħafna, kosmopolitani u akkoljenti; huma għandhom xena kulturali u soċjali ħajja, parks, bini storiku, mużewijiet, ristoranti u bars.
Hemm konnessjonijiet eċċellenti bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru fiż-żewġt ibliet, għalhekk kull meta timmissja pajjiżek jew teħtieġ vaganza, ħafna bliet u destinazzjonijiet oħrajn se jkunu biss ftit sigħat ’il bogħod.
Skopri aktar dwar il-ħajja u x-xogħol fi Brussell.
Skopri aktar dwar il-ħajja u x-xogħol fil-Belt tal-Lussemburgu.