Tessa P. (Kunsill tal-Unjoni Ewropea)
“Dak li jogħġobni l-aktar dwar Brussell huwa li hemm lok għal kulħadd, irrispettivament minn jekk tħobbx l-ambjent storbjuż u attiv tal-belt jew it-trankwillità tan-natura. Kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti, hemm firxa wiesgħa ta’ avvenimenti kulturali, attivitajiet u mużewijiet li jistgħu jitgawdew fil-belt. B’mod speċjali nħobb nimxi tul il-lagi f’Ixelles, ingawdi l-ġonna l-kbar li jmissu ma’ Cambre Abbey u mmur għal mixja sabiħa fil-Bois de la Cambre. Post ieħor favorit tiegħi biex naħrab mill-ħajja tal-belt huwa l-Park ta’ Tervuren, park faċilment aċċessibbli bit-trasport pubbliku u mimli storja, fejn tista’ żżur il-Mużew Afrikan, tmur mixja, bir-rota jew sempliċiment tgawdi piknik mal-familja u l-ħbieb.”