Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Picture of Matteo

Matteo M. (Kummissjoni Ewropea)

“Brussell hija belt sorprendenti fejn kulħadd jista’ jsib xi ħaġa li twasslu biex iħossu komdu qisu qiegħed f’pajjiżu u fl-istess ħin jivvjaġġa mad-dinja. Jien jogħġobni immens l-ikel gourmet u nieħu gost niskopri postijiet u kċejjen ġodda biex nistimola t-togħmiet tiegħi, kemm jekk ikun il-bacalhau Portugiż, il-bo bun Vjetnamiż, il-mafé Senegaliż, jew il-carbonnade tradizzjonali Belġjan. Peress li jien Taljan, qatt ma nsib ruħi ’l bogħod wisq minn ġelat minn dawk it-tajbin jew pizza msajra bin-nar tal-injam. Huwa diffiċli ħafna li timmissja lil pajjiżek fi Brussell f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel!”