Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Jack K. (Kummissjoni Ewropea)

Picture of kelly

“Brussell hija belt b’ħafna ħdura u sabiex ingawduha b’mod sħiħ, darba jew darbtejn fis-sena mal-familja u l-ħbieb aħna noħorġu fuq ir-roti tagħna u mmorru nduru l-promenade verte. Dan l-itinerarju bir-rota ta’ 60 km idur mal-belt u jieħdok mill-ħafna komunitajiet tagħha fuq mogħdijiet li jgħaddu, fil-biċċa l-kbira, mill-ispazji ħodor tagħha. Dejjem tkun esperjenza pjaċevoli u rilassanti li tgħaddi bir-rota bejn is-siġar kbar tal-foresta Sonian, il-park ta’ Woluwe tas-seklu 19 u l-għelieqi ħodor u l-għadajjar ta’ Anderlecht. B’tul ta’ madwar ħames sigħat, din id-dawra bir-rota b’ritmu komdu tippermettilek il-ħin biex tieqaf għal ġelat jew birra mat-triq.”