Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Description

Deskrizzjoni tal-kariga

Fir-rwol tagħhom, l-uffiċjali tar-relazzjonijiet esterni jikkooperaw mas-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u diversi istituzzjonijiet tal-UE biex jgħinu jarmonizzaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea.

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu wkoll il-parteċipazzjoni fin-negozjati u fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet multilaterali; jirrappreżentaw l-UE barra mill-pajjiż; jaħdmu mill-qrib mad-delegazzjonijiet u l-ambaxxati tal-UE; jabbozzaw rapporti politiċi u briefings għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, fost ħafna oħrajn.

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja f’qasam relatat għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-uffiċjali fil-livell ta’ amministraturi), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad magħna f’livell aktar għoli (Grad AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-staff.

Tista’ ssib ukoll opportunitajiet ta’ xogħol disponibbli jew tikkonsulta l-paġna tat-traineeships tagħna.

Tista’ ssib postijiet battala u opportunitajiet ta’ traineeships addizzjonali fuq is-sit web tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).