Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ħarsa ġenerali lejn l-akkomodazzjonijiet possibbli fit-testijiet ta’ selezzjoni

L-EPSO żviluppa ħarsa ġenerali lejn l-akkomodazzjonijiet possibbli fit-testijiet tas-selezzjoni għal kandidati b’diżabbiltà jew bi ħtiġijiet speċifiċi fosthom kandidati tqal u li jreddgħu.

Dan id-dokument jispjega kif aħna niddefinixxu akkomodazzjonijiet raġonevoli u jipproponi glossarju ta’ akkomodazzjonijiet possibbli. Għal kull tip ta’ akkomodazzjoni, tista’ tiskopri dak li tinvolvi, f’liema fażi tal-ittestjar u f’liema ċentri tal-ittestjar hu possibbli li tingħata, u min hu responsabbli biex jipprovdiha.

Skopri aktar dwar dan hawnhekk.

Jekk jogħġbok innota li l-glossarju ta’ akkomodazzjonijiet hu biss indikattiv u mhux eżawrjenti, dejjem tista’ titlob arranġamenti oħrajn ibbażati fuq il-ħtiġijiet u l-kundizzjoni(jiet) speċifiċi tiegħek. Dan hu dokument attiv u se jiġi aġġornat regolarment abbażi tal-evoluzzjoni fil-qasam ta’ arranġamenti raġonevoli, talbiet ġodda għal aġġustamenti fit-testijiet ta’ selezzjoni introdotti mill-kandidati tagħna u akkomodazzjonijiet ġodda mogħtija.

Tixtieq issir taf aktar dwar il-politika tal-EPSO dwar l-ugwaljanza u d-diversità? Jekk jogħġbok żur il-paġna web tal-opportunitajiet indaqs tagħna.

Skopri l-video dwar arranġamenti raġonevoli u l-fuljett pass pass tagħna dwar kif titlob aġġustamenti speċjali fit-testijiet ta’ selezzjoni.

Għal aktar informazzjoni, tiddejjaqx tikkuntattjana (epso-accessibility@ec.Europa.eu).

Data aġġornata
23/11/2022 - 15:16