L-EPSO jħejji kampjuni ġodda tat-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament
L-EPSO issa qed jaħdem ma’ kuntrattur estern ġdid. Għal dik ir-raġuni, l-EPSO għadu ma jistax jipprovdi kampjuni ġodda tat-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament bl-24 lingwa kollha. L-EPSO bħalissa qed jaħdem biex joħloq dawk it-testijiet kampjun bl-użu ta’ format simplifikat, bħala soluzzjoni temporanja. Dawn se jiġu ppubblikati fuq is-sit web tagħna malli jkunu disponibbli. Nirringrazzjawk tal-komprensjoni tiegħek. Sadanittant, jekk jogħġbok irreferi għal dan il-kwiżż, li jipprovdi total ta’ 21 mistoqsija kampjun (bl-Ingliż) għall-kategoriji ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt, kif ukoll l-għarfien u l-Ħiliet diġitali tal-UE. Dan se jagħtik il-possibbiltà li tiffamiljarizza ruħek mat-tip ta’ mistoqsijiet li jistgħu jsiru fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO.
Aġġornament fl-24 ta' Mejju 2024: fuq is-sit web tagħna diġà hemm disponibbli kampjuni tat-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament (testijiet ta’ selezzjoni tal-ħiliet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt) bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż għall-kompetizzjonijiet tal-AD (Amministraturi) u bl-Ingliż u bil-Franċiż għall-kompetizzjonijiet tal-AST (Assistenti). L-EPSO jistenna li jkollu kampjuni tat-testijiet tal-ħiliet ta raġunament disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE sal-aħħar ta’ Ġunju 2024.