Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ġuristi-lingwisti (AD)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-Ġuristi-lingwisti (AD) se jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

Għall-evalwazzjoni ta’ ħiliet oħra, l-EPSO se jipprovdi aktar informazzjoni fi żmien xieraq.

 

Testijiet ta’ raġunament

It-testijiet tar-raġunament huma kwestjonarji b’għażla multipla mfassla biex jevalwaw il-ħiliet tal-ħsieb loġiku tiegħek u l-kapaċità tiegħek li tifhem informazzjoni verbali u numerika, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn kunċetti astratti li ma humiex ta’ natura lingwistika, spazjali jew numerika.

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawn taħt (Jekk jogħġbok innota li t-testijiet kampjun jistgħu jdumu aktar mis-soltu biex jillowdjaw)

Raġunament Verbali - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Numeriku - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Astratt - Disponibbli bi: MT

Tista’ tikkonsulta wkoll verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-kampjuni tat-testijiet.

Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa

It-test tal-komprensjoni tal-lingwa jikkonsisti fi 12-il Mistoqsija b’Għażla Multipla (MCQs, Multiple-Choice Questions) imfassla biex jivvalutaw il-ħiliet lingwistiċi tiegħek fil-vokabularju, il-grammatika/is-sintassi, u l-istil.

Kull mistoqsija tippreżenta xenarju b’erba’ tweġibiet possibbli, u waħda minnhom biss hija korretta.

  • Punteġġ: Kull tweġiba korretta tagħti punt wieħed. Ma hemm l-ebda penali għal tweġibiet ħżiena.
  • Ħin: Għandek 25 minuta biex tlesti t-12-il mistoqsija kollha. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ħin hija parti mill-valutazzjoni, it-test huwa mfassal b’tali mod li l-mistoqsijiet kollha jistgħu jitwieġbu b’mod raġonevoli fil-ħin allokat.
  • Għarfien meħtieġ: Il-mistoqsijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta fit-test u ma jeħtieġu l-ebda għarfien minn qabel.

Testijiet kampjun tal-komprensjoni tal-lingwa f’24 lingwa