Traineeships fl-istituzzjonijiet, fl-aġenziji u fil-korpi tal-UE
It-traineeships tal-UE joffru opportunità unika lill-gradwati biex jiksbu esperjenza prattika fi ħdan l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Il-programmi ta’ traineeships tipikament idumu 5 xhur u huma mħallsa, b’allowance ta’ kull xahar ta’ madwar €1,400, skont l-istituzzjoni.
It-trainees jikkontribwixxu għal proġetti f’diversi oqsma, mill-amministrazzjoni pubblika, il-liġi, u ċ-ċibersigurtà sat-trasformazzjoni diġitali, is-saħħa, il-politika dwar il-klima, l-ekonomija, it-traduzzjoni, il-komunikazzjoni, u r-riżorsi umani. Huma jiksbu għarfien prattiku dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, jiżviluppaw ħiliet professjonali, u jaħdmu fuq politiki li jsawru l-ħajja ta’ miljuni ta’ nies f’ambjent multikulturali u dinamiku.
Kull istituzzjoni tal-UE timmaniġġja l-proċeduri tal-għażla u tar-reklutaġġ tagħha stess.
Esplora l-opportunitajiet ta’ traineeships disponibbli billi tagħżel fost id-diversi istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE hawn taħt
Start typing to search or select from the list.
Traineeships - EUDA
Il-programmi ta’ traineeships tal-EUDA għandhom l-għan li:
- il-gradwati żgħażagħ universitarji jingħataw l-opportunità li jesperjenzaw l-objettivi ġenerali u l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea;
- jipprovdu lit-trainees b’għarfien prattiku dwar il-ħidma ta’ aġenzija Ewropea;
- jippermettu lit-trainees jiksbu esperjenza prattika u għarfien tal-ħidma ta’ kuljum tal-EUDA u l-unitajiet tagħha;
- jipprovdu lit-trainees bl-opportunità li jaħdmu f’ambjent varjat u multilingwi, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ fehim reċiproku, fiduċja u tolleranza;
- jippermettu lit-trainees iqiegħdu fil-prattika l-għarfien li jkunu kisbu matul l-istudji jew il-karrieri professjonali tagħhom.
Min jista’ japplika: Gradwati universitarji li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, in-Norveġja u t-Turkija
Tul ta’ żmien: 3-8 xhur
Bi ħlas: Skont il-baġit
Dati tal-Bidu: Għaddejjin
Aqra aktar dettalji dwar il-politika tat-Traineeship.
More information: https://www.euda.europa.eu/about/jobs_enEUIPO - It-Traineeships Bla Ħlas
Dan il-programm ta’ traineeship hu intenzjonat għall-gradwati universitarji li, matul l-istudji tagħhom jew b’xi mod ieħor, diġà akkwistaw xi esperjenza inizjali fl-oqsma tax-xogħol tal-Uffiċċju.
Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).
Tul ta' żmien: 2-6 xhur
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu
More information: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeshipsTraineeships - ENISA
Through its traineeship scheme, ENISA benefits from the input of university graduates without excluding those who – in the framework of lifelong learning – have recently obtained a university diploma or are at the beginning of a new professional career.
Who can apply: Nationals of the Member States of the European Union or the European Free Trade Association (EFTA), unless an exception is authorized by the appointing authority, who have completed a university-level education of at least 3 years and obtained a full bachelor’s degree or its equivalent by the closing date for applications and enjoy their full rights as citizens.
Duration: 6-12 months
Paid: Yes. Around 1,500€ per month
Starting Dates: Ongoing
ENISA’s career portal: Careers | ENISA
More information: https://www.enisa.europa.eu/recruitment/working-for-enisa/traineeshipEUIPO - Il-Professjonisti Żgħażagħ
Dan il-programm tat-traineeship hu intenzjonat biex jipprovdi professjonisti żgħażagħ b’esperjenza prattika tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali u tal-EUIPO b’mod partikulari kif ukoll opportunità biex jitpoġġa fil-prattika l-għarfien akkwistat matul l-istudji tagħhom u l-ewwel esperjenzi professjonali tagħhom, b’mod partikulari fl-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom.
Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).
Tul ta' żmien: 12-il xahar u ġimagħtejn
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: Bejn l-1 ta’ Settembru u l-15 ta’ Ottubru.
More information: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeshipsEUIPO - Il-Programm Pan-European Seal
Din l-iskema tagħti lill-gradwati universitarji żgħażagħ esperjenza unika u diretta tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali u tal-Uffiċċju b’mod partikulari. Hi wkoll opportunità biex jitpoġġa fil-prattika l-għarfien akkwistat matul l-istudji tagħhom, b’mod partikulari fl-oqsma speċifiċi tal-kompetenza tagħhom. Barra minn hekk, hi tgħinhom jifhmu kemm l-objettivi u l-proċeduri relatati mat-trademark tal-Unjoni Ewropea u mas-sistema tad-disinn Komunitarju, kif ukoll il-ksur tal-PI u l-kwestjonijiet ta’ infurzar.
Min jista’ japplika: Iċ-ċittadini tal-Istati Membri u minn pajjiżi mhux tal-UE, li kkompletaw tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ kors ta’ edukazzjoni għolja ċċertifikat minn dokument uffiċjali mill-Università u li għandhom għarfien biex jaħdmu b’waħda mill-ħames lingwi tax-xogħol tal-Uffiċċju (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol).
Tul ta' żmien: 12-il xahar
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu
More information: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/traineeshipsTraineeships - KE
Il-programm ta’ traineeship tal-Kummissjoni Ewropea hu miftuħ għall-gradwati tal-università mid-dinja kollha. Il-lokalitajiet għat-traineeships huma Brussell (il-Belġju), Grange (l-Irlanda), il-Lussemburgu (il-Lussemburgu), u l-aġenziji u s-servizzi fl-Istati Membri tal-UE.
It-traineeships huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma u joffru ħafna tagħrif dwar il-ħidma tal-UE. Il-kontenut tal-impjieg jiddependi fil-biċċa l-kbira mis-servizz li fih kull trainee jwettaq it-traineeship tiegħu/tagħha. Is-servizzi jistgħu joperaw pereżempju fl-oqsma tal-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, il-komunikazzjoni u ħafna aktar.
It-trainees jingħataw l-istess tip ta’ kompiti bħall-gradwati li għadhom kif ġew reklutati. Fil-prattika, dan jista’ jinkludi pereżempju li tkun qed torganizza gruppi ta’ ħidma u laqgħat, tiġbor l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, tipprepara rapporti u twieġeb mistoqsijiet, kif ukoll tipparteċipa f’laqgħat tal-unità u avvenimenti oħrajn.
Min jista’ japplika: Jistgħu japplikaw gradwati ta’ kwalunkwe dixxiplina sakemm il-lawrja tkun diġà ngħatat (normalment jista’ jingħata transkritt jekk iċ-ċertifikat ikun għadu ma ngħatax). Iċ-ċittadinanza tal-UE mhix obbligatorja (numru żgħir ta’ postijiet huma riżervati għal ċittadini mhux tal-UE), iżda hu meħtieġ l-għarfien ta’ żewġ lingwi tal-UE. Esperjenza ta’ xogħol u edukazzjoni postgradwatorja huma aspetti pożittivi iżda mhumiex kriterji tal-eliġibbiltà.
Inti persuna b’diżabbiltà li tixtieq tikseb esperjenza professjonali siewja fl-istituzzjonijiet tal-UE? Il-Blue Book Internships fil-Kummissjoni Ewropea huma għalik!
L-Uffiċċju tat-Traineeships tal-Kummissjoni Ewropea għandu numru ta’ miżuri fis-seħħ li jappoġġjaw u jgħinu lit-trainees b’diżabbiltà. L-Uffiċċju tat-Traineeships hu impenjat li jakkumpanja mill-qrib lil dawn it-trainees, b’kunfidenzjalità sħiħa.
Għaliex ta’ min japplika?
- Appoġġ finanzjarju: Hija pprovduta żieda fl-għotja ta’ kull xahar (sa 50%), abbażi tal-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tipprovdi lill-Uffiċċju tat-Traineeships (dokument ta’ referenza uffiċjali).
- Adattament tal-post tax-xogħol: Il-kandidati li jeħtieġu aġġustamenti speċjali għal akkomodazzjoni raġonevoli (minħabba diżabbiltà) jistgħu jibbenefikaw minn miżuri apposta. Jekk għandek diżabbiltà li tista’ teħtieġ akkomodazzjonijiet raġonevoli matul it-traineeship tiegħek, jekk jogħġbok informa lill-Uffiċċju tat-Traineeships.
- Appoġġ u networks: l-Uffiċċju tat-Traineeships jaħdem flimkien man-networks tal-istaff tal-Kummissjoni attivi fi kwistjonijiet ta’ diversità u inklużjoni biex iġibu bidla pożittiva billi javvanzaw id-diversità u l-inklużjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn in-networks jilqgħu bil-qalb lit-trainees biex jingħaqdu magħhom matul l-internship tagħhom. Huma jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt għall-kandidati li jixtiequ jiddiskutu kwistjonijiet personali kunfidenzjali marbuta mad-diversità u l-inklużjoni li jżommuhom milli japplikaw għall-iskema ta’ traineeships. ASDEC: Assoċjazzjoni tal-Istaff b’Diżabbiltà fil-Kummissjoni Ewropea: EC-STAFF-DISABILITY-ASDEC@ec.europa.eu
Il-Kummissjoni Ewropea hi konvinta li d-diversità tarrikkixxi l-ħidma tagħha u għalhekk tistinka biex il-persuni b’diżabbiltà jħossuhom milqugħin u appoġġjati matul l-internship tagħhom. Ingħaqad bħala Blue Book intern u sir parti minn tim inklużiv li japprezza d-diversità tat-talent!
Tul ta’ żmien: 5 xhur
Bi ħlas: Iva. €1,376.89 fix-xahar (aġġustati għal kull sessjoni).
Dati tal-Bidu: 1 ta’ Marzu u 1 ta’ Ottubru.
Tgħallem ukoll dwar il-Programm tal-Professjonisti Żgħażagħ (JPP): Programm tal-Professjonisti Żgħażagħ (JPP) - Kummissjoni Ewropea (europa.eu)
More information: https://ec.europa.eu/stages/(EASA) L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
L-Aġenzija toffri opportunitajiet fl-oqsma kollha tal-organizzazzjoni kemm għall-gradwati kif ukoll għall-istudenti universitarji. Dawn l-opportunitajiet għandhom l-għan li jagħtu fehim tal-Aġenzija u r-rwol tagħha fi ħdan l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Min jista’ japplika: Ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-EASA jew ta’ pajjiż bi status ta’ osservatur fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-EASA li l-isfond tagħhom huwa rilevanti għall-attivitajiet tal-Aġenzija
Tul: 12-il xahar
Bi ħlas: Iva.
Dati tal-Bidu: Il-ħin kollu
More information: https://www.easa.europa.eu/the-agency/careers-working-for-us/traineeships-and-s…Interpreting Traineeships - Court of Justice of the European Union
Interpreting traineeships are primarily aimed at newly qualified conference interpreters whose language combination is of interest to the Interpretation Directorate. The aim is to enable newly qualified interpreters to be supervised as they perfect their interpreting skills, particularly in legal interpreting, which involves the preparation of case-files, terminological research and practical exercises in a ‘silent booth'.
Who can apply: Newly qualified EU nationals conference interpreters with a diploma in conference interpreting.
Applicants must have at least two passive EU languages or a second active EU language. Applicants must also be able to read French.
Also, applicants must have not already held a post or undertaken a traineeship – either paid or unpaid – lasting more than six weeks in an EU institution or body
Duration: 10-12 weeks (applications to be made once a year between July and September).
Paid: Yes. The same as the general program.
To apply, check the eligibility criteria and find out about the precise application deadlines, visit: EU CV Online.
More information: https://curia.europa.eu/site/jcms/d2_5152/en/traineeships(ERA) L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea
L-Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji għandha l-mandat li toħroġ ċertifikati uniċi tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet (tat-tip) tal-vetturi li huma validi f’diversi pajjiżi Ewropej u li tiżgura Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju interoperabbli, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.
Min jista’ japplika: Gradwati universitarji (minimu ta’ 3 snin ta’ studju), li għandhom għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż u ta’ lingwa oħra (għaċ-ċittadini tal-UE, din għandha tkun lingwa uffiċjali tal-UE)
Tul: 10 xhur
Bi ħlas: Iva. Madwar €1,500 fix-xahar
Dati tal-Bidu: l-1 ta’ Settembru
More information: https://www.era.europa.eu/agency/recruitment/traineeships_enTraineeships - Court of Justice of the European Union
Every year, the Court of Justice of the European Union offers a limited number of paid traineeships in the chambers of Members of the Court of Justice and the General Court of the European Union and in the administrative departments of the Court.
Traineeships at the Court of Justice of the European Union are offered across a wide range of administrative and support services. These include directorates responsible for human resources, budget and financial affairs, buildings and security, multilingualism (legal translation and interpretation), library services, research and documentation, communication, protocol and visits, and information technology, as well as units such as projects and terminological coordination. Opportunities are also available within the office of the Legal Adviser on Administrative Matters and the registries of both the Court of Justice and the General Court.
Who can apply: EU nationals who have obtained a three-year bachelor's degree in any subject.
For the traineeships undertaken in the chambers of Judges or Advocates Generals and for certain services, a diploma in law, political sciences, (economics or an associated field is required.
Applicants must have a thorough knowledge of one official language of the European Union and a good knowledge of another official language. In view of the nature of the working environment, a good knowledge of French or English is necessary.
Also, applicants must have not already held a post or undertaken a traineeship – either paid or unpaid – lasting more than six weeks in an EU institution or body
Duration: 5 months.
Paid: Yes. Trainees receive a grant of approximately €2 400 per month (equivalent to 75% of the minimum social wage for a skilled worker in Luxembourg). This grant is not subject to the tax regime applicable to EU officials and other agents.
Under certain conditions, trainees will receive a one-time travel allowance, currently set at €150.
Starting Dates:
- 1st of March to 31st of July (applications to be made between July and September of the previous year)
- 1st of October to the end of February (applications to be made between February and April of each year)
To apply, check the eligibility criteria and find out about the precise application deadlines, visit: EU CV Online.
More information: https://curia.europa.eu/site/jcms/d2_5152/en/traineeships